Kulħadd l-interessi tiegħu jara.
kategorija
is-snajja'
Il-munxar għana u l-qaduma ħala.
Kun effiċjenti, bħas-serrieq (= munxar) li huwa iżjed effiċjenti mill-mannara (= qaduma).
Il-ħadid ħażin dejjem mal-mola jmur.
In-nies ħżiena ma’ xulxin jagħmluha. Mola hija dik li bl-Ingliż tissejjaħ grindstone.
Aħjar kromba bagħlija minn mija saqwija.
Il-kaboċċa li tikber f’ħamrija bagħlija aħjar minn ħafna li jikbru f’ħamrija saqwija.
Aħjar ponn ta’ bettieħa tajba minn waħda kbira u ħażina.
Il-kwalità għandha dejjem tiġi qabel il-kwantità.
Aħjar sbula minn għenba.
L-isbula tirreferi għall-ħobż u l-għenba tirreferi għall-inbid; l-ewwel ħu ħsieb l-essenzjali, imbagħad il-pjaċiri l-oħrajn.
Aħjar żbiba minn għenba.
Aħjar tinvesti f’xi ħaġa dejjiema minn xi ħaġa li tiġi u tmur malajr.
Aktar alka milli ħut.
Ħaġa jaf tkun ta’ inqas sustanza milli ħsibt.
Aktar ma jkun ikkultivat, aktar ikun abbandunat.
Bl-istess mod li d-dielja tikber aħjar fuq il-blat milli fir-raba’ saqwi, aktar ma tagħti kas ta’ persuna aktar dik il-persuna ma tagħtix kasek.
Bajda bit-tebgħa ħamra tkun għaddiet mill-wied tan-namra.
Meta l-bajda jkollha tebgħa ħamra jkun ifisser li t-tiġieġa kellha x’taqsam mas-serduq.
Bajda ta’ serduq naqra naqra leħinha jsir maħnuq.
Meta l-bajd taħt il-qroqqa jibda jiżviluppa fi flieles, jibda jitlef il-kulur.
Bajda tas-sultan titħallas b’dundjan.
Akbar ma jkun l-obbligu li jkollok lejn xi ħadd, aktar se jkollok xi trodd lura.
Baqra tidres fuq l-andar, ġid fuq ġid.
Il-baqra li tintuża għad-dris f’għalqa tagħmel ħafna ġid.
Biex taqbad il-ħut trid tqum kmieni.
Hemm bżonn tbakkar biex ittella’ x-xogħol.
Biex trabbi l-flieles trid it-tlieles.
Biex trabbi t-tjur trid ħafna flus. Tlieles huma xkejjer kbar.
Bis-sagħtar u l-ħatar, u l-ħin kollu jitmatar.
Ir-ragħaj m’għandux xogħlu impenjattiv ħafna meta tqabbel ma’ xogħlijiet oħra.
B’li fiha u b’li timla jinbiegħ bil-bixkilla.
Il-patata dari kienu jixtruha bil-ħamrija u l-bixkilla b’kollox.
Brunġiela fi żmienha, għas-suq qatt ma tkun wisq għammiela.
Aktar ma jkun hemm abbundanza ta’ brunġiel fi żmienu, inqas ikun sabiħ u għalhekk ma jibqax jiswa daqstant.
Dak li tiżra’ taħsad.
L-azzjonijiet tiegħek jiddeterminaw ir-riżultat.
Derra d-dqiq u ġabar in-nuħħala.
Ta aktar kas ta’ xi ħaġa li mhix importanti u nesa ħaġa oħra iżjed importanti.
Dik il-ġezza ma tiġix minn dik il-mogħża.
Ħadd ma jagħmel xogħol bla ħlas.
Fardgħalla għoli f’xogħlu.
Ir-raba’ b’wiċċ wieħed biss fis-sena (= fardgħalla) ma ddaħħalx flus minnu.
Fart li jiekol il-widna jagħmel il-laħam bil-wiżna.
Il-bhejjem tal-ifrat li jieklu l-widna (tip ta’ ħaxixa selvaġġa) jagħmlu ħafna laħam għax malajr jismnu.
Fart meżmieżi jew taqtgħu jew jaqtgħek.
Il-bhejjem tal-ifrat li ma jiklux ma jismnux, u ma ddaħħalx flus minnhom.
Fejn tnibbet il-bagħla ma tifraħx żahra.
Min xi ħaġa ħażina qatt ma toħroġ oħra tajba. Il-bagħla hija rimja minn siġra taċ-ċitru li ma tagħmilx frott.
Fenek fil-platt, mhux Għid għal nhar il-Ħadd.
Jekk għandek tagħmel xi ħaġa, agħmilha issa mhux wara. Dari l-fenek kienu jistennew biex isajruh fl-Għid u fil-festi biss.
Fenka mgħammra tagħtik għal fuq il-ġamra.
Il-fniek ikollhom boton żrameġ kbir u għalhekk ikollok x’tiekol.
F’għalqa waħda jikbru l-qamħ u s-sikrana.
Għal kull ħaġa tajba ssib waħda ħażina, u bil-kontra.
Fi żmien il-ħaruf il-patata tibda tħuf.
Kulħadd jiekol iżjed patata mal-ħaruf fi żmien l-Għid.
Fir-raba’ ħamri iżra’ kmieni u mwaħħar fil-bajjad.
Iżra’ l-ħamrija ħamra kmieni u iżra’ l-ħamrija ġeblija tard.
Fis-sajd lil min għarusa u lil min għaġuża.
Is-sajjied daqqa xortih tajba u daqqa xortih ħażina. Għarusa tirreferi għal tfajla mentri għaġuża tirreferi għal mara xiħa.
Fix-xagħra xejn ma jeħxien u kollox xagħar joħroġ.
Fir-raba’ xagħri ma tista’ tkabbar xejn.
F’kollox issib il-karfa.
F’kull ħaġa ssib difett, xejn mhu perfett. Il-karfa tfisser il-frak tat-tiben.
F’marqad il-mogħoż ma ssibx sbul.
Min ma tantx għandu biex jgħaddi m’intix se ssiblu lussu.
Frott tajjeb, suq ħażin.
Aktar kemm jagħmel frott u jkun tajjeb, inqas iddaħħal flus tiegħu.
Ġabar in-nuħħala u xerred id-dqiq.

Gendus rasu sewda żomm miegħu.
Ir-razza tal-gendus rasu sewda hija razza tajba.
Għadu l-masri fil-biedja u nissieġ diġà tħajjar għalih.
Kien hemm żmien fejn id-domanda għall-qoton tant kienet kbira li n-nissieġ kien saħansitra jixtrih meta jkun għadu fl-għalqa. Il-masri huwa l-qoton.
Għall-imwaħħar jeħtieġ tbaħħar.
Jekk tiżra’ wisq tard fl-istaġun ikollok bżonn miraklu biex tieħu xi ħaġa. Imwaħħar tfisser tard. Tbaħħar jiġifieri tkeċċi l-ispirti l-ħżiena.
Għaż-żrigħ bikri tikri; għall-imwaħħar ikollok tbaħħar.

Ġnien taż-żahar aħjar minn mifwaħ tal-ward.
Il-fjuri sbieħ, iżda s-siġar taċ-ċitru huma iżjed importanti. Mifwaħ huwa ġnien b’riħa tfuħ.
Imsejken ta’ bennej jibni ġebla u jħott tnejn.
Jekk ma tkunx kapaċi f’xogħlok, rigress tagħmel mhux progress.
Ħarġa niddija sbula middija.
Il-qamħ jieħu pjaċir meta tagħmel in-nida. F’dan il-każ, ħarġa tfisser xkaffa u middija tfisser bin-nida.
Ħrit bil-ħmar ma jagħtix sandar, ħrit bil-baqra jimla l-andar.
Meta l-bidwi jaħdem l-għalqa bil-baqra jaqla’ iżjed flus milli meta jaħdimha bil-ħmar, għax il-baqra iżjed b’saħħitha.
Meta tagħġen il-qaħba bieb il-forn jaqa’.
Hemm min hu xortih ħażina f’kull ħaġa li jagħmel.
Il-ħajjat qalzietu mraqqa’.
Min joffri servizz tajjeb lil ħaddieħor jispiċċa joffri l-istess servizz ħażin lilu nnifsu.
Min jagħmel il-ħarrieġa bil-ħsieb, xi darba jagħmel xi ħaġa fuqha.
Kulħadd jagħmel li jagħmel bi skop f’moħħu. Ħarrieġa hija xkaffa tal-ġebel.
Min jaqta’ bla ma jqis, minn pezza drapp ma joħroġx qmis.
Mingħajr ma tippjana sew biċċa xogħol, l-affarijiet ma jirnexxux.
Meta għandek maħbeż la żżidx ieħor, ħallih jaħbeż.
Meta jkollok furnata ħobż (= maħbeż) qiegħda tinħema, stennieha qabel tibda oħra, bl-istess mod li għandek taqbad biċċa xogħol oħra ladarba tlesti dik li għandek f’idejk issa.
Ix-xemx bdiet kiefra u l-gavott ma jdoqqx iżjed fifra.
Proverbju storiku li juri li meta kien ikun ġej il-maltemp, l-ikreh baħri ta’ fuq il-vapur (= il-gavott) kien jinżel idoqq il-fifra biex iwissi lil kulħadd. Meta ma kienx jinżel, kien ifisser li l-maltemp għadda.
Mhux kull min għandu wiċċu mġemmed sar ħaddied.
Mhux imbilli tkun tagħmel ċertu xogħol jew tkun ta’ xi sengħa, trid tkun tassew tinqala’ fih(a).
Ixxerred id-dqiq u tiġbor in-nuħħala.

Meta tuża l-ħajta, qis li tkun tidħol f’ras il-labra.
Ara li tkun tiflaħ għall-ispiża li tkun dieħel fiha; b’mod ġenerali, ara li dak li tkun ser tagħmel tassew kapaċi għalih.
Min jagħmel il-fuħħar iqiegħed widnejn il-borma fejn jidhirlu l-aħjar.
Min hu tas-sengħa jkun jinqala’ f’xogħlu u jkun jaf kif imorru l-affarijiet.
La l-għoqda tasal fil-moxt, jew tinqata’ l-ħajta jew tinkiser is-sinna.
Kull biċċa inkwiet teskala sat-tali punt li l-affarijiet ikollhom jew imorru f’ċerta direzzjoni jew f’oħra.
Sakemm taħdem seba’ lewliet isir il-ħin tal-ftiet.
Ix-xogħol tal-lewlu jitlob paċenzja kbira u ħafna ħin, b’tali mod li ma ttellax ħafna xogħol. Il-lewlu huwa żibeġ żgħir, u l-ħin tal-ftiet huwa għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, meta l-Maltin kellhom id-drawwa li jfettu l-ħobż fit-te.
Sawwar il-borom iqiegħed il-widna fejn irid hu.
Min hu tas-sengħa jaf sew x’għandu jagħmel f’xogħlu.
Sieħeb senegħtek għaduk imqar kien ħuk.
Tnejn min-nies li jkunu fl-istess xogħol jew negozju jkunu qed jikkompetu ma’ xulxin, u allura huma għedewwa, saħansitra jekk ikunu qraba tiegħek.
Mgħallem ħażin igerger mill-għodda.
Min ma jinqalax f’xogħlu jara fiex ser iwaħħal biex ma jidhirx ikrah.
Tnejn ta’ sengħa waħda għedewwa ta’ xulxin.
Tnejn min‑nies li jkunu fl‑istess xogħol jew negozju jkunu qed jikkompetu ma’ xulxin, u allura huma għedewwa, saħansitra jekk ikunu qraba tiegħek.
Id-dinja rota, in-nies imgħażel u x-xitan jagħżel.
Tul il-ħajja dejjem insibu xi ħaġa tittanta. Imgħażel huwa għodda għall-insiġ.
Awwissu tal-ħajjata l-iswed.
F’Awwissu ma jkunx hemm daqstant domanda għall-ħwejjeġ, u l-ħajjata jonqsilhom ix-xogħol.
Tiġbor il-karfa u tarmi l-qamħa.
Tagħti aktar kas ta’ xi ħaġa li mhix importanti u tinsa ħaġa oħra iżjed importanti. Karfa tfisser frak tat-tiben, bla preġju.
Lulju l-ħajjatin jibdew jaqilgħu xi karlin.
F’Lulju jkun hemm iżjed domanda għall-ilbies tal-okkażjoni, u b’hekk il-ħajjata jkollhom iżjed xogħol. Karlin huwa munita antika li m’għadhiex tintuża.
Żmien il-ħaruf l-ixkora tal-patata tibda tħuf.
Kulħadd jiekol iżjed patata mal‑ħaruf fi żmien l‑Għid.
kategorija
is-snajja'
Ħsieb il-buttar fejn se jqiegħed iċ-ċirku.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.