Sakemm taħdem seba’ lewliet isir il‑ħin tal‑ftiet.
Ix‑xogħol tal‑lewlu jitlob paċenzja kbira u ħafna ħin, b'tali mod li ma ttellax ħafna xogħol. Il‑lewlu huwa żibeġ żgħir, u l‑ħin tal‑ftiet huwa għall‑ħabta tal‑erbgħa ta' waranofsinhar, meta l‑Maltin kellhom id‑drawwa li jfettu l‑ħobż fit‑te.