Il-karattru jissawwar fit-tfulija, bħal meta fergħa żgħira (żarġuna) tad-dielja tkun għadha tista’ tiltewa.
Fix-xagħra xejn ma jeħxien u kollox xagħar joħroġ.
Fir-raba' xagħri ma tista' tkabbar xejn.
Kategoriji: il-biedja | is-snajja'
Qwiel relatati
Il-bidwi jew ir-ragħaj l-ewwel għana tad-dinja.
Xogħol il-bidwi u r-ragħaj huma fost l-ewwel xogħlijiet li bdew jeżistu għall-għajxien tal-bniedem.
Min għandu n-naħal għandu r-riħ, min għandu n-nagħaġ għandu l-ġild.
Idaħħal iżjed flus min irabbi n-nagħaġ minn min irabbi n-naħal.
Fis-sajd lil min għarusa u lil min għaġuża.
Is-sajjied daqqa xortih tajba u daqqa xortih ħażina. Għarusa tirreferi għal tfajla mentri għaġuża tirreferi għal mara xiħa.
Bis-sagħtar u l-ħatar, u l-ħin kollu jitmatar.
Ir-ragħaj m'għandux xogħlu impenjattiv ħafna meta tqabbel ma' xogħlijiet oħra.
Min jixtri l-bikrija jkollu jiżen il-ħamrija.
Min jixtri l-ħaxix bikri, ngħidu aħna l-patata, jiġih ogħla peress li jintiżen bil-ħamrija b'kollox minħabba li jkun żgħir.
