Għalkemm in-natura tkun sabiħa f’Mejju, huwa wkoll żmien il-briegħed.
Mejju bla riħ, il-biedja tifraħ bih.
Ir-riħ ta’ Mejju jirvina l-uċuħ tar-raba’, aħjar mingħajru.
Kategoriji: il-biedja | il-meteoroloġija | ir-riħ | ix-xhur | Mejju
Qwiel relatati
Mejju l-imhejjem t’ommu.
Bħal tifel imfissed, Mejju jħawwad ħafna fit-temp.
Mejju mirjieħ b’kull deni stennieh.
F’Mejju r-riħ jagħmel ħafna ħsara.
Mejju daqs ġuvni ħlejju.
Mejju huwa xahar sabiħ ħafna.
Mejju x-xahar tad-diżgrazzji.
Superstizzjoni Maltija. Kienu jemmnu li d-diżgrazzji f’Mejju jinqalgħu.
Mejju mirjieħ jaqleb il-wiċċ u l-qiegħ.
F’Mejju r-riħ iċaqlaq il-baħar u joħloq ħafna maltemp.
