F’April jagħmel temp sabiħ, u jgħin lil min hu sfortunat iħossu aħjar.
Qwiel relatati
April xahar tal-boloh.
Qawl li jingħad minħabba ċ-ċajt tal-1 ta’ April. Dari kienu jemmnu li min jitwieled f’April huwa iblah.
Bix-xita f’Marzu u April, tinġabar l-annata.
L-uċuħ tar-raba' jikbru bix-xita li tagħmel f'Marzu u April.
F’April ħobża kbira fil-mindil.
Il-qamħ jimla f’April, u l-ħaddiema jkollhom iżjed ħobż biex iżommhom matul ġurnata tax-xogħol itwal. Il-mindil huwa d-dvalja.
Xita fi dħul April, karru deheb u ieħor ħarir.
Ix-xita fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
F’April id-dubbiena tagħmel żinn u l-isħaba tmur lil hinn.
F’April tieqaf ix-xita u jibdew ħerġin l-insetti, fosthom id-dubbien.
