Ir-riħ ta’ Mejju jirvina l-uċuħ tar-raba’, aħjar mingħajru.
F’Mejju kollox jinxef sal-plejju.
Kollox jinxef f’Mejju.
Kategoriji: il-meteoroloġija | ix-xhur | Mejju
Qwiel relatati
Mejju xahar il-fjuri, fih il-għomma tibda turi.
F’Mejju tibda s-sħana.
April imut bil-bard u Mejju jrid il-ward.
Il-kesħa tispiċċa f’April, u l-fjuri jwarrdu f’Mejju.
Mejju kulma fih jirvina l-btieħ.
Ix-xita li tagħmel f’Mejju tirvina l-ġwież tal-annimali.
Lil min ommu tħobbu, ixxiddlu l-kabozza f’Mejju.
F'Mejju t-temp ma jkunx stabbli u għalhekk jeħtieġ li tilbes adattat. Kabozza hija tip ta' kowt.
Il-baħar ta’ Mejju jgħarrqek u jħallik.
F'Mejju daqqa jkun il-maltemp u daqqa jikkalma.
