April xahar ta’ nifs twil.Il-qamħ jimla f’April, u l-ħaddiema jkollhom iżjed ħobż biex iżommhom matul ġurnata tax-xogħol itwal.
F’April id-dubbiena tagħmel żinn u l-isħaba tmur lil hinn.F’April tieqaf ix-xita u jibdew ħerġin l-insetti, fosthom id-dubbien.
Bil-kumplament tajjeb t’April, l-uċuħ kollha taqbeż u ttir.Jekk it-temp ikun tajjeb f'April, l-uċuħ tar-raba' ma jbatux.
Bix-xita f’Marzu u April, tinġabar l-annata.L-uċuħ tar-raba' jikbru bix-xita li tagħmel f'Marzu u April.
F’April ħobża kbira fil-mindil.Il-qamħ jimla f’April, u l-ħaddiema jkollhom iżjed ħobż biex iżommhom matul ġurnata tax-xogħol itwal. Il-mindil huwa d-dvalja.
April xahar tal-boloh.Qawl li jingħad minħabba ċ-ċajt tal-1 ta’ April. Dari kienu jemmnu li min jitwieled f’April huwa iblah.