Bħal tifel imfissed, Mejju jħawwad ħafna fit-temp.
Qwiel relatati
Lil min ommu tħobbu, ixxiddlu l-kabozza f’Mejju.
F'Mejju t-temp ma jkunx stabbli u għalhekk jeħtieġ li tilbes adattat. Kabozza hija tip ta' kowt.
Mejju x-xahar tad-diżgrazzji.
Superstizzjoni Maltija. Kienu jemmnu li d-diżgrazzji f’Mejju jinqalgħu.
Mejju bla riħ, il-biedja tifraħ bih.
Ir-riħ ta’ Mejju jirvina l-uċuħ tar-raba’, aħjar mingħajru.
Mejju mirjieħ jaqleb il-wiċċ u l-qiegħ.
F’Mejju r-riħ iċaqlaq il-baħar u joħloq ħafna maltemp.
Mejju l-iblah t’ommu.
Bħal tifel imfissed, Mejju jħawwad ħafna fit-temp.
