Ibża’ mis-sokor ta’ Marzu.L-uċuħ tar-raba' ssirilhom ħafna ħsara meta tagħmel ħafna xita f'Marzu. Sokor tirreferi għall-art, bħallikieku fis-sakra bl-ilma kollu li tkun xorbot.
Marzu jgħid lill-qamħ: “Ikber”. “Ma niflaħx.” “Mela isbel.”Il-qamħ jisbel jekk ma jkunx kiber sa Marzu.
Meta l-fula tnawwar, il-bergħuda tfawwar.F'Marzu l-ful jibda jagħmel il-fjuri (= inawwar) u l-briegħed joktor.
F’Marzu l-fart iħoss il-bard minn qrunu.Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Il-fart jirreferi għall-annimali bovini.