Il-ġenituri dejjem jaraw lil uliedhom bħala aħjar u isbaħ minn ulied ħaddieħor.
Qwiel relatati
Min ikollu tlieta ’l fuq jagħtu fil-buq.
Biex trabbi tlett itfal jew iżjed trid ħafna flus u enerġija.
Kull għasfur għandu l-bejta tiegħu.
Kulħadd ifittex lil daru u jaraha sabiħa.
F’dar in-nies la tiftaħ bieb u la taqra ktieb.
F'dar ħaddieħor ma tistax taqbad u tagħmel li trid.
Id-dar kollox jixtamba, sal-irmied tal-kenur.
M'għandekx tarmi bl-addoċċ għax forsi tiġi bżonnu fil-futur. Jixtamba tfisser li huwa bżonjuż.
Min ma jaħżinx lil demmu jiġih hemm akbar minn hemmu.
Jekk ma ġġibx rispett lill-membri ta' familtek (pereżempju billi tagħmel il-vistu meta jmutu), uliedek jieħdu l-eżempju u jagħmlu l-istess miegħek. Taħżen tfisser tagħmel il-vistu, f'dan il-każ.
