Min jixtri l-ħut fil-baħar jieklu jinten.Min iħallas għal xi ħaġa minn qabel mingħajr ma jara xi kwalità qed jieħu jiddispjaċih.
Fart li jiekol il-widna jagħmel il-laħam bil-wiżna.Il-bhejjem tal-ifrat li jieklu l-widna (tip ta' ħaxixa selvaġġa) jagħmlu ħafna laħam għax malajr jismnu.
Il-kampanja għall-ħdura u x-xatt għall-matmura.Nippreferu l-prodott Malti u fejn ma nsibux, nirrikorru għall-prodotti impurtati. Matmura tfisser proviżjonijiet.
It-tomnija ta’ disat ijiem aħjar mill-oħra bix-xita fit-tmiem.Ikun aħjar hekk tiżra' l-qamħ tar-rebbiegħa bejn il-Milied u l-ewwel tas-sena, milli fl-aħħar ta' Marzu meta x-xita tkun naqset. It-tomnija tfisser meta tiżra' tard.
Il-borma ma ssirx mingħajr nar, lanqas l-art tagħti mingħajr bżar.Jeħtieġ li l-ħamrija tiddemmel sew biex il-frott u l-ħaxix joħorġu sbieħ. Bżar tfisser demel.