F'Novembru l-ġurnata tax-xogħol fl-għelieqi kienet tkun twila ħafna u jibdew ukoll jitwieldu l-frieħ tan-nagħaġ (= il-ħrief). Ix-xahar tal-erwieħ jirreferi għal Novembru.
Is-summien ipassi minn Marzi sal-bidu ta' Novembru, żmien li fih tisma' wkoll ħoss il-bukagħwar. Il-bukagħwar (jew nannu karwat, jew anke skarabew) huwa tip ta’ ħanfusa (Atheucus sacer) li tirrombla l-ħmieġ tal-art (kagħwar) biex fih tbid il-bajd.
Fix-xahar ta' Novembru, importanti ħafna li l-bidwi jiżra' f'ħamrija niexfa (= fin-niexef) iżda wkoll li jnaqqi (= ineħħi l-ħaxix ħażin) meta l-ħamrija tkun imxarrba (= fil-miblul).