Id-dehxa ta’ Jannar tirreferi għall-ħożba, li biha jitilgħulek ħafna tikek ħomor.
F’Jannar il-ġidra agħtiha ʼl-ħmar.
Il-bard ta’ Jannar iqaxxar dahar il-ħmar.
F'Jannar tagħmel kesħa kbira.
Jannar il-qasba jmiddha fl-art.
Il-qasab jinqata’ f’Jannar.
Aħjar il-bard ta’ Jannar mix-xemx li ma ssaħħanx.
Xemx li ma ssaħħanx ma fihiex gost. Aħjar il-bard.
Jannar il-bajtar għajnejn il-far.
F’Jannar il-bajtar ikun għadu wisq żgħir, bħal għajnejn il-far.
Jannar daħħal lilek u lil għajrek ġewwa d-dar.
F’Jannar jagħmel temp ikrah u kulħadd joqgħod ġewwa.
Meta Jannar tarah lewliemi, ma tarax il-bidwi hieni.
Meta tagħmel ix-xita f'Jannar, ix-xogħol tal-bidwi jbati. Lewliemi tfisser bix-xita.
F’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew l-isptar.
Il-kesħa u l-mard ta’ Jannar jagħtu kedda lix-xjuħ.
Iżra’ l-kemmun f’Jannar u bigħu bil-qantar.
Il-kemmun għandu jinżara’ f’Jannar biex jagħti bil-kotra.
F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar.
F’Jannar u Frar jagħmel temp ikrah. In-nar jirreferi għall-beraq u s-sajjetti.
F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar.
F’Jannar jagħmel temp ikrah u kulħadd joqgħod ġewwa.
Twelid fl-ewwel ta’ Jannar hu mfakkar minn kull kampnar.
Min jitwieled fl-Istrina xortih tajba għax ikun għadu żmien il-festi.
Jannar daħħal lilek u lil għajrek ġewwa d-dar.
F’Jannar jagħmel temp ikrah u kulħadd joqgħod ġewwa.
Ġidra ta’ Jannar agħtiha ‘l-ħmar.
Il-ġidra tixrief f’Jannar u ma tkunx tajba għall-ikel.
Meta x-xemx issaħħan f’Jannar, ikollok biex fis-sajf timla d-dar.
Meta tagħmel ħafna xemx f'Jannar, it-tgħam jikber sew.
Jannar bardan. Meta jsib l-art liebsa jneżżagħha, u meta ma jsibhiex liebsa jlibbisha.
It-temp ta’ Jannar jeqred il-ħdura, iżda n-natura xorta terġa’ tnibbet.
Meta Jannar tarah lewliemi, ma tarax il-bidwi hieni.
Meta tagħmel ix-xita f'Jannar, ix-xogħol tal-bidwi jbati. Lewliemi tfisser bix-xita.
Jannar il-qasba jmiddha fl-art.
Il-qasab jinqata’ f’Jannar.
Meta tkun ix-xita f’Jannar għandek il-qoton id-dar.
Il-qoton jikber iżjed bix-xita ta' Jannar.
Għax-xita ta’ Jannar fil-bikri lesti l-bjar.
F'Jannar tagħmel ħafna u ħafna xita.
Ix-xahar ta’ Jannar ma jħallix qattusa d-dar.
Il-qtates jitgħammru f’Jannar.