Bejn il-Qala u l-Milied erfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied.Bejn il-festa tal-Kunċizzjoni tal-Qala u jum il-Milied, m'għandhiex titħalla għodda fir-raba'.
Konz ta’ Settembru jgħabbi bil-gziez, konz ta’ Diċembru hu wisq bil-qies.Jinqabdu ħafna iżjed lampuki f’Settembru milli f’Diċembru.
Min joħroġ fil-lejl tal-Milied, irid jiekol tliet darbiet.Meta dari kienu jsumu lejliet il-Milied, kienu jieklu wara l-quddiesa ta' nofsillejl, f'nofsinhar u filgħaxija f'jum il-Milied.
Il-Milied iġib il-ħelu.Fil-Milied ikollna diversi tipi ta' ħelu, bħall-kejk tal-Milied, il-pudina, eċċ.
Fil-Milied, iż-żiemel ħdejn il-ġamra jsaħħan wirkih.Dari ż-żwiemel kien ikollhom l-istalla msaħħna. Wirkih tfisser koxxtu.
La jasal il-Milied erfa’ xkubbettietek fuq il-farxa tal-bieb.Il-kaċċa tkun spiċċat sa żmien il-Milied.