Meta tagħmel it-tajjeb, jiġri x’jiġri jkollok il-kuxjenza nadifa.
kategorija
il-baħar
Għum fejn jilħaqlek.
Tiddeffisx għal biċċa xogħol jekk taf li m’intix kapaċi għaliha.
Kull baħar jipplaka.
Kull ħaġa ħażina xi darba tasal fi tmiemha. Jipplaka tfisser jikkalma.
Dar ħdejn il-baħar trid għaxra r-raħal.
Dar ħdejn il-baħar fiha iżda preġju minn dar li ma tkunx.
Anqas l-ilma baħar mhu xorta.
Id-differenza kullimkien qiegħda.
Baħar fieragħ għar-riħ isfel, baħar mimli għar-riħ fuq.
Il-baħar mimli jġib ir-riħ fuq, u l-baħar fieragħ iġib ir-riħ isfel.
Baħar imfaħħal ma jkissirx, jimborġa.
Il-baħar immewweġ jaf iżid, iżda ma jkissirx l-opri tal-baħar.
Baħar riħa ta’ dulliegħ il-maltemp stenna fih.
Il-baħar ikun imqalleb meta jkollu riħa ta’ dulliegħ.
Kull kalanka port.
F’sitwazzjoni diffiċli kull rifuġju tajjeb. Kalanka tirreferi għal daħla dejqa fuq il-baħar.
Inkella r-roqba, inkella l-ħobża.
Fil-passat ċerti xogħlijiet kienu riskjużi, bħal pereżempju xogħol il-baħħara, imma xorta kellu jsir biex taqla’ x’tiekol u tgħajjex lill-familja. Ir-roqba tfisser l-għonq.
Faħħar il-baħar u ibqa’ fuq l-art.
Tagħżilx li tmur fuq il-baħar għax huwa xogħol perikoluż.
Bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti.
Dak li tagħmel jgħodd, mhux dak li tgħid.
Fil-baħar bnazzi kulħadd baħri / kaptan.
Meta jinqala’ l-inkwiet tinduna min verament huwa kapaċi jsolvi l-problemi.
L-aħjar ħut jgħum f’qiegħ il-baħar.
Min jagħmel xogħlu sew u bil-għaqal ma jkunx iħobb jidher.
Fil-klomi xi ħaġa stenna.
Meta kollox ikun kwiet iżżejjed, ħejji ruħek għax ikun ġej il-maltemp. Il-klomi hija l-kalma perfetta tal-baħar.
Jekk ma taqsamx il-bħajjar ma tkunx tista’ tnajjar.
Kien jeħtieġ li l-baħrin imorru jaħdmu fuq il-baħar ’il bogħod minn familthom biex jaqilgħu x’jieklu. Bħajjar huma oċeani u tnajjar tfisser tkampa.
Id-dinja bla tarf u l-baħar bla tmiem.
Id-dinja kbira ħafna u l-oċeani huma vasti.
Il-baħar duqu qabel ma titla’ fuqu.
Ara li l-ħajja fuq il-baħar tgħodd għalik qabel ma tiddeċiedi.
Il-baħar fis-sajf xiħ u fix-xitwa ġuvni.
Il-maltempi fuq il-baħar fis-sajf ikunu ħafna inqas ħorox milli fix-xitwa.
Il-baħar ftit ftit jiekol ix-xatt.
Il-progress isir naqra naqra.
Il-baħar sinjur aktar mill-art.
Il-baħar joffri aktar rikkezzi mill-art.
Il-baħar tqassmu jsir għadajjar.
Meta xi ħaġa taqsamha f’ħafna biċċiet żgħar tispiċċa ma tgawdi xejn minnha.
Il-baħar żaqqu ratba u rasu ħatba.
M’għandek qatt tieħu sogru mal-baħar għax titqarraq.
Il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa.

Il-baħar żaqqu ratba u rasu stanga.

Min ikun mimli ċomb ma jintefax il-baħar.
Min jaf li għandu tort jipprova jaħbi l-ħażin li għamel akkost ta’ kollox.
Ir-raba’ tax-xtut bħal-leħja tal-utut.
L-għelieqi ta’ ħdejn il-baħar ftit li xejn ikunu għammiela. Utut tfisser bdabad.
Ix-xemx bdiet kiefra u l-gavott ma jdoqqx iżjed fifra.
Proverbju storiku li juri li meta kien ikun ġej il-maltemp, l-ikreh baħri ta’ fuq il-vapur (= il-gavott) kien jinżel idoqq il-fifra biex iwissi lil kulħadd. Meta ma kienx jinżel, kien ifisser li l-maltemp għadda.
Kif tibda l-ħdura, in-nies tibda ssebbaħ il-bħura.
Malli toqrob ir-rebbiegħa, in-nies jitħajru iżjed jersqu lejn il-baħar. Bħura plural ta’ baħar, b’referenza għax-xtut.
Meta jsaffru l-iġfien ikunu fgaw il-widien.
L-iġfna/iġfien (plural ta’ ġifen) kienu jsaffru għall-għajnuna fil-maltemp, bl-istess mod li ħaġa bilfors issir kawża ta’ xi ħaġa oħra.
Meta l-ajru jagħmel tiegħu, sal-baħar juri qiegħu.
Il-maltemp tant ikun qawwi li l-baħar mill-qiegħ iqallbu.
Meta l-baħar juri qiegħu l-maltemp jerfa’ driegħu.

Min ikollu għalqa mal-baħar irid oħra r-raħal.
Dari l-bidwi kien isibha iktar bi tqila jasal sal-għalqa li tkun fejn il-baħar, u allura kien ikollu oħra aktar viċin ta’ daru biex jgħajjex il-familja biha.
Min jiżra’ r-riħ jaħsad it-tempesti.
Il-kastig ikun kbir skont kemm ikun kbir il-ħażin li tkun għamilt.
Qamar rieqed baħar imqajjem; qamar wieqaf baħar bnazzi.
Meta l-qamar ikun f’pożizzjoni aktar orizzontali, l-baħar ikun imqalleb, u meta l-qamar ikun f’pożizzjoni aktar vertikali, il-baħar ikun kalm.
Il-baħar ta’ Mejju jgħarrqek u jħallik.
F’Mejju daqqa jkun il-maltemp u daqqa jikkalma.
Tlestix toqlija għal tal-ajru u tal-baħar.
Titwebbilx li se jkollok xi ħaġa qabel ma tassew tiksibha.
Min tagħmlu baħar ikun għadira.
Hemm min taħsbu bravu ħafna jew għandu ħafna flus, iżda ma jkun veru xejn.
Xita bnina deheb fina; ajru mwaħħal miskin min ibaħħar.
Ix-xita jieħdu pjaċir biha l-bdiewa għax issaqqilhom l-għelieqi, iżda l-baħħara jibżgħu minnha għax il-maltemp huwa ta’ riskju għalihom.
kategorija
il-baħar
Imxi sewwa u ħalli l-baħar iħabbat.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.