Dari kien hemm l-obbligu li min hu Nisrani jitqarben tal-inqas darba f'sena, fi żmien l-Għid il-Kbir, u dan jinzerta l-istess żmien li fih jitbierek ir-riħ.
Faħħar il-baħar u ibqa’ fuq l-art.
Tagħżilx li tmur fuq il-baħar għax huwa xogħol perikoluż.
Kategoriji: il-baħar | il-meteoroloġija | ix-xogħol
Qwiel relatati
Meta l-gru jgħaddi fil-għoli, ikun ġej il-maltemp.
Meta tara l-gru (għasfur tal-ispeċi Grus grus) itir fil-għoli, sinjal li jkun ġej il-maltemp.
Meta tara l-ħuttaf tkun ġejja x-xita.
Meta tara l-ħuttafa (għasfur tal-ispeċi Hirundo rustica) lesti ruħek għax-xita u mur stkenn.
Meta titla’ x-xemx jgħibu l-kwiekeb.
Fil-ħajja jeħtieġ li tiffoka fuq dak li huwa tassew importanti; ix-xemx iġġib fix-xejn il-kwiekeb.
Min jitwieled taħt stilla tal-Lvant, ħajtu tkun kollha hena u kant.
Superstizzjoni li dawk li jitwieldu meta l-istilel ikunu fil-Lvant, ix-xorti tidħqilhom u jgħixu ħajja sabiħa.
Meta tara l-qattus jitmiegħek tinsiex tieħu l-kabozza miegħek.
Meta tara l-qattus jitmiegħek sinjal li tkun ġejja x-xita. Kabozza hija tip ta' kowt.
