Min jitwieled taħt stilla tal-Lvant, ħajtu tkun kollha hena u kant.Superstizzjoni li dawk li jitwieldu meta l-istilel ikunu fil-Lvant, ix-xorti tidħqilhom u jgħixu ħajja sabiħa.
Meta l-qamar ikun immejjel juri li jkun ġej il-maltemp.Ikun mistenni l-maltemp meta l-qamar ikun immejjel.
Meta tara l-ħuttaf tkun ġejja x-xita.Meta tara l-ħuttafa (għasfur tal-ispeċi Hirundo rustica) lesti ruħek għax-xita u mur stkenn.