Kull andar għandu l-karfa tiegħu.Kull familja għandha xi membru li jwaqqgħalha wiċċha l-art. L-andar huwa l-qiegħa għad-dris u l-karfa tkun bla valur.
Fiċ-ċokon ajma rasi u fil-kobor ajma qalbi.It-tfal iweġġgħulek rasek meta jkunu żgħar u jweġġgħulek qalbek meta jkunu kbar.
Id-dar kollox jixtamba, sal-irmied tal-kenur.M'għandekx tarmi bl-addoċċ għax forsi tiġi bżonnu fil-futur. Jixtamba tfisser li huwa bżonjuż.