It-temp jimxi mar-ritmu tal-istaġuni.
Kategorija: il-kesħa
Għal min hu baħħ, aħjar iff inkella aħħ.
Min m’għandux jew ma jridx jonfoq flus (= baħħ), aħjar jeqred bis-sħana (= iff) milli bil-bard (= aħħ), għax il-ħwejjeġ jiswew il-flus.
April imut bil-bard u Mejju jrid il-ward.
Il-kesħa tispiċċa f’April, u l-fjuri jwarrdu f’Mejju.
April imut bil-bard u Mejju jrid il-ward.
Il-kesħa tispiċċa f’April, u l-fjuri jwarrdu f’Mejju.
Marzu Marzell, bil-kabozza u bil-kappell.
F’Marzu xi kultant ikollok tilbes ġakketta għax il-bard, u xi kultant il-kappell biex tilqa’ x-xemx. Kabozza hija għamla ta’ kowt.
Marzu Marzellu, in-nanna taħraq il-moxt u r-rixtellu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Il-moxt u r-rixtellu jirreferu għall-makkinarju tal-insiġ.
Marzu l-fart iħossu f’qarnu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Il-fart jirreferi għall-annimali bovini.
F’Marzu l-bard irqiq jidħol fl-għadam.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu.
Marzu qala’ mnieħru u qartsu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Qartsu tfisser geżwru.
F’Marzu aqla’ mnieħrek u qartsu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Qartsu tfisser geżwru.
Frar silef tnejn lil Jannar u daħħlu bin-nagħaġ ġol-għar.
Skont superstizzjoni Maltija, f’sena biżestili (ta’ 366 jum) il-bidwi jmur ħażin f’xogħlu.
Jannar bardan. Meta jsib l-art liebsa jneżżagħha, u meta ma jsibhiex liebsa jlibbisha.
It-temp ta’ Jannar jeqred il-ħdura, iżda n-natura xorta terġa’ tnibbet.
F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar.
F’Jannar u Frar jagħmel temp ikrah. In-nar jirreferi għall-beraq u s-sajjetti.
Jannar dejjem jitrekken id-dar.
F’Jannar jagħmel temp ikrah u kulħadd joqgħod ġewwa.
F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar.
F’Jannar jagħmel temp ikrah u kulħadd joqgħod ġewwa.
Jannar dejjem jitrekken id-dar.
F’Jannar jagħmel temp ikrah u kulħadd joqgħod ġewwa.
Jannar daħħal lilek u lil għajrek ġewwa d-dar.
F’Jannar jagħmel temp ikrah u kulħadd joqgħod ġewwa.
Aħjar il-bard ta’ Jannar mix-xemx li ma ssaħħanx.
Xemx li ma ssaħħanx ma fihiex gost. Aħjar il-bard.