Li jagħqad f’San Mikiel jidħol fil-miżien.Dak li jinħasad sal-aħħar ta' Settembru (eż. l-patata) tajjeb ukoll u tista' tbigħu.
Dak li jagħqad sa San Mikiel jidħol fil-miżien.Dak li jinħasad sal-aħħar ta' Settembru (eż. l-patata) tajjeb ukoll u tista' tbigħu.
F’Tal-Vitorja l-baħar jitla’ fl-għolja.Il-baħar jibda jitqawwa fil-Vitorja, li tiġi fit-8 ta’ Settembru.
F’Settembru għas-salarju jmur kull membru.F’Settembru jkun wasal iż-żmien li l-ħaddiema jitħallsu tax-xogħol li jkunu għamlu fix-xhur ta’ qabel (fil-biedja speċjalment).
Ix-xahar tal-Vitorja l-ħalib itir fl-arja.Dari l-prezz tal-ħalib kien jiżdied ġmielu f'Settembru minħabba li kien ikun hemm inqas provvista. Ix-xahar tal-Vitorja jirreferi għal Settembru.