Min joħroġ fil-lejl tal-Milied, irid jiekol tliet darbiet.Meta dari kienu jsumu lejliet il-Milied, kienu jieklu wara l-quddiesa ta' nofsillejl, f'nofsinhar u filgħaxija f'jum il-Milied.
Bejn il-Qala u l-Milied erfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied.Bejn il-festa tal-Kunċizzjoni tal-Qala u jum il-Milied, m'għandhiex titħalla għodda fir-raba'.
Mill-Milied ‘il fuq, iż-żmien jibda jagħti fil-buq.Wara l-Milied, dari min ma kellux flus kien ibati ħafna minħabba t-temp xitwi. Buq huwa trumbetta.
Fil-Milied il-lewż naqsmuh mal-bews.F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba.
L-aħħar tas-sena lil kulħadd jalla ġid u hena.Fl-aħħar tas-sena nawguraw lil kulħadd ġid u hena għas-sena li jmiss.