Il-kaċċa tkun spiċċat sa żmien il-Milied.
Qwiel relatati
Fil-Milied il-lewż naqsmuh mal-bews.
F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba.
Meta l-Milied taħt il-bejt, l-Għid fuq il-bejt.
Meta jagħmel temp ikrah fil-Milied, fl-Għid ipattilu u jagħmel bnazzi.
L-aħħar tas-sena lil kulħadd jalla ġid u hena.
Fl-aħħar tas-sena nawguraw lil kulħadd ġid u hena għas-sena li jmiss.
Il-qastanija tajba u x-xemx dejjem mgħajba.
F'Diċembru x-xemx titgħatta bis-sħab (= mgħajba) u ma ssaħħanx daqstant.
F’Diċembru fis-sala jidħol membru.
Diċembru l-aħħar membru li jingħaqad mal-membri (ix-xhur) l-oħra biex b’hekk tingħalaq is-sena.
