Il-bdiewa jieħdu ħsieb iż-żebbuġ f’Diċembru.
Bejn il-Qala u l-Milied erfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied.
Bejn il-festa tal-Kunċizzjoni tal-Qala u jum il-Milied, m'għandhiex titħalla għodda fir-raba'.
Kategoriji: Diċembru | il-biedja | il-festi | it-tradizzjoni | ix-xhur
Qwiel relatati
Meta jasal il-Milied l-omm timla l-platt bil-ftiet u l-missier iqabbad iż-żnied.
Dari l-omm kienet tieħu ħsieb issajjar ikla tajba f'jum il-Milied u l-missier kien jieħu pjaċir jirrilassa bil-pipa (= iż-żnied).
Min joħroġ fil-lejl tal-Milied, irid jiekol tliet darbiet.
Meta dari kienu jsumu lejliet il-Milied, kienu jieklu wara l-quddiesa ta' nofsillejl, f'nofsinhar u filgħaxija f'jum il-Milied.
Il-Milied nofs il-ħobż, l-Għid nofs l-inbid.
Għall-ħabta ta' Diċembru, xi prodotti tar-raba' jkunu fl-aqwa tagħhom u għall-ħabta tal-Għid id-dwieli.
La jasal il-Milied erfa’ xkubettietek fuq l-ixkaffa tal-bieb.
Il-kaċċa tkun spiċċat sa żmien il-Milied.
Konz ta’ Settembru jgħabbi bil-gziez, konz ta’ Diċembru hu wisq bil-qies.
Jinqabdu ħafna iżjed lampuki f’Settembru milli f’Diċembru.
