L-ulied jirtu ħafna aspetti tal-karattru mill-ġenituri tagħhom.
kategorija
l-omm
Aħjar ġara fil-qrib minn ommok bgħid.
Meta tiġi bżonn, il-ġirien ġieli ssibhom iżjed minn ommok.
Aħjar tiġġieled m’ommok milli mal-ġar.
Ma’ tal-familja l-affarijiet jitranġaw malajr, mal-ġirien mhux daqshekk, anzi jkollok tibqa’ sseffaq wiċċek magħhom.
Il-borma taqlibha għal fommha, il-bint tixbah lil ommha.
L-omm għandha influwenza kbira fuq il-iżvilupp tal-karattru ta’ bintha.
Il-qroqqa tiġborhom il-flieles.
L-omm responsabbli minn uliedha, bħall-qroqqa li tieħu ħsieb il-flieles.
In-nuqqasijiet tal-missier jibqa’ jxandarhom it-trumbettier.
L-omm mhix kapaċi taħfer in-nuqqasijiet tal-missier, tibqa’ ssemmihomlu.
Kull min itewwem fil-ħelsien idewwem.
Il-ħlas ta’ mara li jkollha tewmin idum. Itewwem tfisser ikollu tewmin.
Min ma jitkellimx ommu qaħba.
Min jaf li għandu tort jew għandu x’jaħbi ma jgħid xejn biex ma jinkixifx.
Li kont ħabbejtni, kieku mill-bajda raddajtni.
Jeħtieġ li t-tfal tikkoreġihom minn ċkunithom. F’dan il-qawl, il-ħalliel adult qed iċanfar lil wieħed mill-ġenituri tiegħu talli m’għamilx dan. Raddajtni tfisser begħidtni.
L-omm basla, il-missier tewma, it-tifla kif tkun tfuħ?
L-ulied jitilgħu skont kif irabbuhom il-ġenituri.
L-omm għal uliedha giddieba u ħalliela.
L-omm minn kollox lesta tagħmel għal uliedha.
L-omm il-madmad tal-ulied.
Hija l-omm li tidderieġi lil uliedha.
L-omm mhux talli twieled imma għal kull ħolqien tiġġieled.
L-omm tbati mhux biss biex iġġib it-tfal fid-dinja, iżda wkoll biex trabbihom u saħansitra meta jsiru adulti.
L-ulied huma biċċa mill-qalb.
L-ulied dejjem jibqgħu f’qalb il-ġenituri tagħhom, anke meta joħorġu mid-dar.
Meta t-tarbija tibda tħuf, isserraħ ’l ommha mill-ġuf.
Meta t-tarbija tibda tiċċaqlaq ħafna, dan ifisser li l-omm ma tkunx ’il bogħod milli tiled.
Min jitlef lil ommu jirbaħ l-għera, min jitlef lil missieru jirbaħ il-ġuħ.
Dari kienu jbatu d-dar u t-tfal meta tmut l-omm, u kienu jbati fil-flus meta jmut il-missier.
Min jobgħod in-nisa ma jħobbx lil ommu.
Jekk tobgħod lin-nisa, tkun qed tobgħod waħda mill-egħżeż persuni f’ħajtek: ommok.
Omm l-ulied taqfel u tagħlaq il-bieb.
Omm tajba ma tħallix lill-uliedha jiġru barra.
Ommok tħares lejn għajnejk u martek lejn idejk.
Ommok tinkwieta ġenwinament għalik u martek moħħha biss fi flusek.
Omm il-maqtul sogħbiena iżda omm l-imhedded ħosbiena.
Min isib ruħu fl-inkwiet, ikun qiegħed jaqla’ l-inkwiet ukoll għal dawk ta’ madwaru li jħobbuh.
Skont l-omm l-ulied.
L‑imġiba tal‑omm tiġi riflessa f’uliedha, għax l‑influwenza tagħha fuqhom hija kbira.
Sider il-mara bil-ħalib u sider ir-raġel bil-lanżit.
In-nisa, b’mod speċjali dawk li jkollhom it-tfal, juru aktar ħniena mill-irġiel. Lanżit ifisser suf.
Sider iswed ma jkabbarx il-miżwed.
Sider il-mara għandu jikber u jimtela, biex tkun tista’ tredda’ t-tarbija u tikber. Il-miżwed huwa referenza għat-tarbija.
kategorija
l-omm
Bin is-sengħa għandu nofsha.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.