Kelli wieħed, kelli tnejn, bla tbatija ma ġibt xejn.It-trobbija tat-tfal dejjem diffiċli, ikollok kemm ikollok.
Jekk il-qamar tħuf, issaħħan il-ġuf.Dari kienu jemmnu li jekk mara timxi fid-dawl tal-qamar issir iżjed fertili.
Fil-ħarifa l-mara timla l-qaleb bil-ġbejna u tħawwad il-brejma bin-nejna.Il-mara tad-dar għandha ħafna xogħol kemm fid-dar kif ukoll fit-trobbija tat-tfal. Il-brejma tirreferi għal skutella u n-nejna hija kelma tat-tfal għal ikel.
Fost l-aħwa min bil-palju u min ikarkar ix-xatba.L-aħwa kollha għandhom karattru differenti u kollha jsibu triq differenti.
L-omm basla, il-missier tewma, it-tifla kif tkun tfuħ?L-ulied jitilgħu skont kif irabbuhom il-ġenituri.
Il-qroqqa tiġborhom il-flieles.L-omm responsabbli minn uliedha, bħall-qroqqa li tieħu ħsieb il-flieles.