Jekk it-tfal tagħtihom il-lala, jitilgħu fuq rasek.It-tfal jagħmlu li jridu bik jekk ma żżommilhomx ir-riedni.
Meta t-tarbija tibda tħuf, isserraħ ‘l ommha mill-ġuf.Meta t-tarbija tibda tiċċaqlaq ħafna, dan ifisser li l-omm ma tkunx 'il bogħod milli tiled.
Il-ġewwieni jaħlik u l-barrani jisbik.Il-barranin jeħdulek saħħtek imma tal-familja jeħduhielek ħafna iżjed għax tħossok obbligat. Jisbik tfisser iġibek skjav.
Il-ħela u x-xorb ifaqqru d-dar.Min jaħli u jonfoq il-flus fix-xorb ikun qiegħed ipoġġi l-familja f'qagħda skomda.
Iż-żaqq bil-ħobż timtela.Il-familja titmagħha bil-ħobż u l-ikel tajjeb, għalhekk jeħtieġ li tkun bil-għaqal u ma tberbaqx flusek.