Jien insib it-toqba u int iġġib il-wited.Fid-dar dejjem għandu jkun hemm post (= it-toqba) fejn terfa' l-ħwejjeġ. Wited tfisser feles.
L-ulied huma biċċa mill-qalb.L-ulied dejjem jibqgħu f'qalb il-ġenituri tagħhom, anke meta joħorġu mid-dar.
Il-ġewwieni jaħlik u l-barrani jisbik.Il-barranin jeħdulek saħħtek imma tal-familja jeħduhielek ħafna iżjed għax tħossok obbligat. Jisbik tfisser iġibek skjav.
Midd friexek u orqom darek, mhux jiġi jżurek minn qatt ma żarek.Qis li jkollok l-ordni f'darek u żżommha nadifa, biex min jiġi jżurek għal għarrieda ma jitkażax bik.