Ix-xita fl-aħħar ta’ Marzu u fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
Meta Marzu jaħqarna, il-baqra turina b’qarnha.
Il-baqar iċaqilqu rashom meta f'Marzu tagħmel ħafna kesħa.
Kategoriji: il-kesħa | il-meteoroloġija | ix-xhur | l-annimali | Marzu
Qwiel relatati
Marzu r-rebbiegħa tal-bhejjem.
Il-bhejjem jagħmlu ħafna ħalib f’Marzu.
F’Marzu l-fart iħoss il-bard minn qrunu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Il-fart jirreferi għall-annimali bovini.
F’Marzu l-bard irqiq jidħol fl-għadam.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu.
F’Marzu, kull għasfur ifittex ʼil martu.
L-għasafar jibdew jitgħammru f’Marzu.
Marzu jgħid lill-qamħ: “Ikber”. “Ma niflaħx.” “Mela isbel.”
Il-qamħ jisbel jekk ma jkunx kiber sa Marzu.
