Il-kaċċa tieqaf f’Jannar u Frar.
Frar silef tnejn lil Jannar u daħħlu bin-nagħaġ ġol-għar.
Skont superstizzjoni Maltija, f’sena biżestili (ta’ 366 jum) il-bidwi jmur ħażin f’xogħlu.
Kategoriji: Frar | il-kesħa | il-meteoroloġija | is-superstizzjoni | ix-xhur | Jannar | l-annimali
Qwiel relatati
Fi Frar il-kaboċċi tiha ’l-ħmar.
Il-kaboċċi mhumiex tajbin għall-ikel fi Frar.
Fi Frar it-tin bajtar isir daqs widnejn il-far.
It-tin ikun għadu wisq żgħir fi Frar.
Frar fawwar jimla l-bjar.
Tagħmel ħafna xita fi Frar.
Meta Frar ikollu s-slejjef, il-bidwi jmur joqgħod mal-ġwejjef.
Meta tinzerta sena biżestili (= sena bi 366 jum), ix-xogħol tal-għalqa ma jirnexxix. Is-slejjef għaliex Frar jislef ġurnata.
Ja xbat ħabbat, ma mejjilthiex il-għaduma u qtilthiex il-għaġuża.
Fi Frar ġieli jinzerta ma tagħmilx xita. Xbat huwa isem ieħor għal Frar li nsibuh f'dan il-qawl biss. Għaduma hija kolonna u għaġuża hija mara xiħa.
