Dak li ma ġarax il-passat jista’ jiġri fil-futur.
kategorija
il-poter
Il-ħotra tegħleb il-kotra.
In-nies trid taċċetta lil min intgħażel biex imexxi, bħal f’elezzjoni. Il-ħotra tfisser l-għażla u l-kotra huma n-nies fis-soċjetà.
Il-ħuta l-kbira dejjem kielet iż-żgħira.
Ma tista’ tagħmel xejn kontra min għandu iżjed setgħa minnek.
Il-ħuta minn rasha tinten.
F’organizzazzjoni jew ġerarkija, il-problemi jkunu ġejjin mit-tmexxija ħażina tad-diriġenti.
Il-ħuta ż-żgħira qatt ma kielet il-ħuta l-kbira.

Il-kok ta’ wiċċ il-borma jiekol.
In-nies imlaħħqin japprofittaw mill-pożizzjoni tagħhom, bħall-kok li jiekol l-aħjar parti.
Il-leħja tas-sinjur f’idejn is-seftur.
Dawk li jaħdmu għal min hu mleħħaq u sinjur igawdu wkoll.
Il-qawwa u d-dnewwa jitbqu l-fomm.
L-użu tas-setgħa u l-vjolenza (= dnewwa) jagħlqu ħalq min jazzarda jirvilla.
Imselħa ġdida tħaxwex.
Meta jkun hemm xi ħadd ġdid f’pożizzjoni ta’ awtorità, ċerti deċiżjonijiet u ordnijiet ġodda jdarrsu. Imselħa hija xkupa.
Kulħadd fis-setgħa tiegħu.
Kulħadd għandu limitu sa fejn jista’ jasal, skont kemm għandu poter fis-soċjetà.
Kulħadd iħobb jikkmanda.
Kulħadd jaħseb li tiegħu tajjeb.
Kull qawwi hawn ieħor għalih.
Dejjem hemm xi ħadd aqwa minnek, int min int u għandek setgħa kemm għandek setgħa.
Lill-furnar ħobża islifhielu, għax jekk ma jroddhilekx issib kif teħodhielu.
Tħabbeb ma’ min għandu l-flus jew l-awtorità, tmur minn fuq tista’.
Meta nikbru ninsew x’konna.
Meta nilħqu jew navvanzaw fil-karriera, ninsew minn fejn konna bdejna, bl-istess mod li meta nixjieħu ninsew li xi darba konna żgħar.
Meta taqa’ l-baqra jaqgħu s-skieken.
Meta titlef il-pożizzjoni ta’ awtorità li tkun fiha, dawk li mingħalik kienu ħbieb tiegħek jieqfu jirreċtaw.
Min hu kbir, bħal min hu fil-għoli, jara lill-oħrajn taħtu żgħar.
Min ikollu ċerta awtorità jew ikun ta’ ċerta importanza ma jistmax liż-żgħir.
Min iżoqq lill-oħrajn iżomm id-dqiq u jagħti n-nuħħala.
Min ikun f’pożizzjoni ta’ awtorità dejjem jieħu l-aħjar, u jħalli l-laqx lill-oħrajn.
Min jiflaħ aktar minnek erħilu jgħaddi.
Min għandu iżjed saħħa jew awtorità minnek, ma jaqbillekx ikollok xi tgħid miegħu.
Min jiflaħ iħawwel.

Min jikkmanda jagħmel il-liġi.
Għandek taċċetta li hemm min għandu iżjed awtorità minnek.
Naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema.
Min ikun fil-poter ma jagħtix kas lil min mhux tal-kalibru tiegħu, bl-istess mod li ħadd ma jagħti kas ta’ min hu bla influwenza jew injorant.
Qafas miftuħ, għasfur mejjet jew għasfur tar.
Fejn ma jkunx hemm l-awtorità, kulħadd jagħmel li jrid, bħal meta tħalli l-gaġġa tal-għasafar miftuħa.
Qatt teħodha ma’ min hu aqwa minnek.
Min hu mleħħaq iżjed minnek jew qiegħed fuqek tmurx kontra l-kelma tiegħu, għax tbati jew ma ssibux meta tiġi bżonnu fil-futur.
Sorm li qatt ma ra qalziet, kif libsu l-ewwel darba ħara fih.
Min isib ruħu fil-poter għall-ewwel darba jibda jitkessaħ.
Tas-sinjur bis-suġġetta u tal-fqir bit-trumbetta.
Meta xi ħadd tal-flus jew b’awtorità jagħmel xi żball jippruvaw jgħattulu, iżda meta xi ħadd mhux ta’ ħafna flus u bla awtorità jagħmel l-istess imorru jxandruh. Is-suġġetta kienet siġġu sabiħ u mżejjen li kien jintuża biex iġorr lin-nies importanti (bħall-isqof,...
Xkupa ġdida tħaxwex.

Żomm ma’ min jiekol.
Żomm ma’ min hu b’saħħtu, minn diversi aspetti.
kategorija
il-poter
Dak li ma kienx għad jista’ jkun.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.