Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.
Il-leħja tas-sinjur f’idejn is-seftur.
Ibża’ mill-fqir li jsir sinjur u mill-qaħba li tiġbor l-unur.
Min jagħmel suċċess ikun bata u minħabba f'hekk, iwebbes qalbu.
Kulma jingħad minn warajja nistmah taħt saqajja.
Dak li n-nies jgħidu minn wara dahrek tagħtix kasu.
Il-bass jiġi wara r-rass.
Jekk tkun bniedem aħrax u opprimenti, xi darba se jduru kontrik.
Jekk tiżżewweġ aħjar tieħu bidwi, gabillott jew biċċier milli ferħ ta’ kavallier.
Aħjar issib lil xi ħadd li ġej minn ambjent umli minn privileġġat.
L-għassa mbajda u l-ispettur ġdid.
L-affarijiet jinbidlu meta jilħaq xi ħadd ġdid f'pożizzjoni ta' awtorità.
Fil-għaqda s-saħħa.
Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b'saħħitna u jkun iżjed diffiċli tegħlibna.
L-ilsir ikollu jbus l-id li jixtieq maqtugħa.
Kultant ikollna nagħmlu affarijiet li ma nixtiqux nagħmlu.
Jekk l-ixkupa ma jaqbadhiex il-kennies taqbadha r-reġina.
Ix-xogħol meqjus bħala baxx bilfors irid jagħmlu xi ħadd.
Il-piki jagħtu l-aptiti.
Nies impikati ma' xulxin jaħdmu u jistinkaw kemm jifilħu biex iġibu fix-xejn lill-avversarji tagħhom.
Fejn ma jersaqx id-dubbien, ma jbejtux il-firien.
Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.
In-naħal jaħdem u r-reġina tieħu l-ġieħ.
Il-ħaddiema jaħdmu u jbatu u ta' fuqhom igawdu l-frott ta' xogħolhom.
Ibża’ mill-fqir li jsir sinjur u mill-qaħba li tiġbor l-unur.
Min jagħmel suċċess ikun bata u minħabba f'hekk, iwebbes qalbu.
Kulħadd tajjeb iżda ibża’ minn kulħadd.
Kulħadd għandu t-tajjeb tiegħu, iżda xorta waħda tafdax.
Fil-għaqda s-saħħa.
Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b'saħħitna u jkun iżjed diffiċli tegħlibna.
Il-kelb qabel ma tinbxu kun af sidu min hu.
Qabel tiksirha minn ma' xi ħadd, qis li tkun taf min hu u sa fejn kapaċi jasal.
Il-liġi tiġġebbed kemm tridha.
Il-liġi tista' tiġi interpretata b'diversi modi, skont min int u lil min taf.
Il-liġi taqbad il-ħuta ż-żgħira.
Maż-żgħir il-ġustizzja għandha ħafna saħħa, iżda mhux mal-kbir.
Il-kelb qabel ma tinbxu kun af sidu min hu.
Qabel tiksirha minn ma' xi ħadd, qis li tkun taf min hu u sa fejn kapaċi jasal.
Il-qawwa u d-dnewwa jitbqu l-fomm.
L-użu tas-setgħa u l-vjolenza (= dnewwa) jagħlqu ħalq min jazzarda jirvilla.
Fejn il-bosta, xammar u aħrab.
Irid ikollok biżżejjed kuraġġ biex taffronta sitwazzjonijiet diffiċli, bħal meta trid tgħaddi minn folla nies irossu.