In-nies lesti jaqgħu fil-baxx biex jieħdu li jridu.
Min jikkmanda jagħmel il-liġi.
Għall-kotra m’hemmx tarf.
Diffiċli tintgħażel meta tkun fil-folla.
Fejn hemm is-susa, il-ġlied ma jonqosx.
Meta l-morali tas-soċjetà jibdew jiddgħajfu, jinqala' l-inkwiet.
Id-drawwa hija t-tieni natura.
Id-drawwiet ta' poplu ma jinqatgħux kif ġieb u laħaq.
Bik amir u bija amir, min se jsuq il-ħmir?
Jeħtieġ li xi ħadd wieħed biss imexxi.
Il-ħmar li jġorr l-inbid jixrob l-ilma.
Mit-tbatija ta' ħaddieħor japprofittaw irwieħhom il-pampaluni.
Il-musmar imsaddad irqiq u jagħmel ħoss.
In-nies ta' klassi baxxa u bla manjieri ma jiswew xejn imma jagħmlu ħafna storbju biex jidhru.
Il-qorti għatba tal-infern.
Ladarba tidħol il-qorti, kun lest għal ħafna kumplikazzjonijiet u skossi.
Mingħajr qaddisin ma titlax is-sema.
Biex tasal fejn trid, jeħtieġ li ssib min jgħinek jew jgħaddilek kelma.
Il-wegħda jew ittemmha jew ittemmek.
Superstizzjoni Maltija fejn kienu jemmnu li jekk ma ttemmx wegħda, jiġrulek affarijiet ħżiena.
Is-sagristan jekk ma jmissx max-xema’ jmiss mar-ruttan.
Meta ma jkun hemm ħadd jissorvelja, kulħadd jagħmel li jrid, bħas-sagristan diżonest li jobrom li jista'. Ruttan tfisser xema' mdewba.
Ma jmutx re u jitfaċċa ieħor aħjar minnu.
Meta jinbidel il-mexxej ta' xi organizzazzjoni, stennieh ikun agħar mhux aħjar.
Ibża’ mill-fqir li jsir sinjur u mill-qaħba li tiġbor l-unur.
Min jagħmel suċċess ikun bata u minħabba f'hekk, iwebbes qalbu.
Ibża’ minn qrun il-fart u għaddi minn warajh.
Tisfidax lil min taf li għandu l-poter jagħmillek il-ħsara.
Il-pastizz m’għandux jinkiser qabel ma tkun tlieta.
Superstizzjoni Maltija fejn kienu jemmnu li biex tiekol il-pastizzi trid tkun grupp ta' tlieta.
Min jilħaq jiġi fi lsien in-nies jista’ jgħid li hu miskin tassew.
Ħu ħsieb tar-reputazzjoni tiegħek għax darba titlifha.
Kulħadd taħt sema wieħed.
Kulħadd irid iseffaq wiċċu mal-problemi tal-ħajja.
Il-kok ta’ wiċċ il-borma jiekol.
In-nies imlaħħqin japprofittaw mill-pożizzjoni tagħhom, bħall-kok li jiekol l-aħjar parti.
In-naħal issibu fejn hemm l-għasel.
Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.
Il-ħuta l-kbira dejjem kielet iż-żgħira.
Ma tista' tagħmel xejn kontra min għandu iżjed setgħa minnek.
Il-bass jiġi wara r-rass.
Jekk tkun bniedem aħrax u opprimenti, xi darba se jduru kontrik.