Aħjar issib lil xi ħadd li ġej minn ambjent umli minn privileġġat.
Min iżoqq lill-oħrajn iżomm id-dqiq u jagħti n-nuħħala.
Min hu man-nies jew bla saħħa jew bla ġieħ.
Min jaħdem man-nies biex jirnexxi jrid jew jaħdem sakemm jispiċċa bla saħħa, jew inkella jitlef ġieħu għax ibigħ lilu nnifsu.
Ħajt tas-sejjieħ la jaqa’ jistrieħ.
F'ċerti sitwazzjonijiet, tagħmel x'tagħmel ma tkunx tista' tgħin lill-persuna.
Drabi felula tfaqqas oħra.
Jekk abbuż wieħed ma jsir xejn dwaru, isiru oħrajn warajh.
Id taħsel l-oħra, u t-tnejn jaħslu l-wiċċ.
Il-korruzzjoni hekk taħdem u toktor, kulħadd jagħmel il-pjaċiri lil xulxin.
Kull qabil għal qabilu.
Kulħadd ifittex lil min ikun jixbhu: fil-karattru, fl-età, fil-klassi soċjali, eċċ. Qabil tfisser speċi (species).
Borma bejn l-ixirka jew nejja jew maħruqa.
L-affarijiet ma jimxux sew meta jkun hemm ħafna mexxejja.
Il-qorti għatba taż-żift, tmidd sieqek fuqha u teħel.
Ladarba tidħol il-qorti, kun lest għal ħafna kumplikazzjonijiet u skossi.
Kulħadd jiġbed għal qabilu.
Kulħadd lejn l-interessi tiegħu jħares. Qabilu tfisser l-ispeċi tiegħu.
Li ssellem hija mġiba tajba, iżda li ssellem huwa dmir.
Kulħadd għandu jsellem għaliex huwa dmir, mhux biss edukazzjoni.
Aħbar ħażina malajr tinxtered.
Aħbar ħażina kulħadd jieħu interess fiha.
Il-pastizz m’għandux jinkiser qabel ma tkun tlieta.
Superstizzjoni Maltija fejn kienu jemmnu li biex tiekol il-pastizzi trid tkun grupp ta' tlieta.
Kull par għal paru.
Kulħadd ifittex lil min ikun jixbhu: fil-karattru, fl-età, fil-klassi soċjali, eċċ.
Min jikkmanda jagħmel il-liġi.
Għandek taċċetta li hemm min għandu iżjed awtorità minnek.
Il-karfa ssibha kullimkien.
F'kull soċjetà ssib il-marmalja (= il-karfa).
Drabi felula tfaqqas oħra.
Jekk abbuż wieħed ma jsir xejn dwaru, isiru oħrajn warajh.
Akbar m’aħna, akbar qnatarna.
Aktar ma jkollok kariga għolja, aktar għandek responsabbiltajiet.
Min jiċħad lil art twelidu, miżbla żibel lanqas tridu.
Min jittradixxi lil pajjiżu kulħadd jistmerru.
Il-kok ta’ wiċċ il-borma jiekol.
In-nies imlaħħqin japprofittaw mill-pożizzjoni tagħhom, bħall-kok li jiekol l-aħjar parti.
Meta nikbru ninsew x’konna.
Meta nilħqu jew navvanzaw fil-karriera, ninsew minn fejn konna bdejna, bl-istess mod li meta nixjieħu ninsew li xi darba konna żgħar.
Il-ħuta minn rasha tinten.
F'organizzazzjoni jew ġerarkija, il-problemi jkunu ġejjin mit-tmexxija ħażina tad-diriġenti.