Superstizzjoni Maltija fejn kienu jemmnu li biex tiekol il-pastizzi trid tkun grupp ta' tlieta.
Min jiflaħ iħawwel.
Kulħadd tajjeb iżda ibża’ minn kulħadd.
Kulħadd għandu t-tajjeb tiegħu, iżda xorta waħda tafdax.
Dejjem sebaħ bla serduq.
Ħadd mhu daqshekk importanti fid-dinja li ma jistax jeħodlu postu ħaddieħor.
Min hu kbir, bħal min hu fil-għoli, jara lill-oħrajn taħtu żgħar.
Min ikollu ċerta awtorità jew ikun ta' ċerta importanza ma jistmax liż-żgħir.
Aħbar ħażina malajr tinxtered.
Aħbar ħażina kulħadd jieħu interess fiha.
Il-ġustizzja fis-sema tinstab.
Fid-dinja m'hawnx ġustizzja.
Il-qorti għatba taż-żift, tmidd sieqek fuqha u teħel.
Ladarba tidħol il-qorti, kun lest għal ħafna kumplikazzjonijiet u skossi.
Imselħa ġdida tħaxwex.
Meta jkun hemm xi ħadd ġdid f'pożizzjoni ta' awtorità, ċerti deċiżjonijiet u ordnijiet ġodda jdarrsu. Imselħa hija xkupa.
L-ixkubetta fiha l-grillu u kulħadd jagħmel li jaqbillu.
Kulħadd l-interessi tiegħu jara.
Kull par għal paru.
Kulħadd ifittex lil min ikun jixbhu: fil-karattru, fl-età, fil-klassi soċjali, eċċ.
Ibża’ mill-fqir li jsir sinjur u mill-qaħba li tiġbor l-unur.
Min jagħmel suċċess ikun bata u minħabba f'hekk, iwebbes qalbu.
L-ilsir ikollu jbus l-id li jixtieq maqtugħa.
Kultant ikollna nagħmlu affarijiet li ma nixtiqux nagħmlu.
Il-liġijiet għal kulħadd xorta waħda.
Suppost li kulħadd indaqs f'għajnejn il-liġi.
Bik amir u bija amir, min se jsuq il-ħmir?
Jeħtieġ li xi ħadd wieħed biss imexxi.
Fid-dinja min hu ras u min hu denb.
Jew tikkmanda jew jikkmandawk.
Il-wegħda jew ittemmha jew ittemmek.
Superstizzjoni Maltija fejn kienu jemmnu li jekk ma ttemmx wegħda, jiġrulek affarijiet ħżiena.
Jekk tiżżewweġ aħjar tieħu bidwi, gabillott jew biċċier milli ferħ ta’ kavallier.
Aħjar issib lil xi ħadd li ġej minn ambjent umli minn privileġġat.
Il-qawwa u d-dnewwa jitbqu l-fomm.
L-użu tas-setgħa u l-vjolenza (= dnewwa) jagħlqu ħalq min jazzarda jirvilla.
Ħadd ma jtella’ lil nanntu fis-sala.
Hemm min ikun laħaq jew tal-flus u jkun jistħi juri li ġej minn ambjent umli.
Fejn ma jersaqx id-dubbien, ma jbejtux il-firien.
Fejn hemm il-ġid kulħadd irid biċċa.
M’hemmx żiemel li jiġri wisq u ma sabx ieħor li għaddieh.
Dejjem ser issib xi ħadd aqwa minnek, tajjeb kemm inti tajjeb.