qawl.mt

qwiel

Maltin

L-għerf ma fihx tarf.

x’inhu qawl?

Qawl hu dak li aħna nsejħu wkoll proverbju u, fi kliem ieħor, hu l-għerf miġbur fi ftit, ta’ żmenijiet imgħoddija, il-għaqal, id-dehen ta’ missirijietna, li għarfu jisiltu mill-għamil, il-ġrajjiet ta’ kuljum, tagħlim sabiħ u ta’ fejda għall-ħajja. Il-qawl Malti hu għalhekk bin iż-żmien, bħall-għaqal u l-għerf; u ma twelidx fostna f’daqqa waħda, imma matul snin ta’ tiġrib, snin ta’ taħbit għal għajxien fil-gżejjer fqar tagħna, snin ta’ taqbid ma’ għedewwa barranin, kif turi ġrajjietna. Kull żmien iħalli xi tagħlima tiegħu li tolqot il-ħajja, u, b’hekk, jikber dejjem il-għadd tal-qwiel, li issa ħafna minnhom qodma qegħdin jintesew, oħrajn ma jiftehmux sewwa.

— Prof. J. Aquilina

il-qawl tax-xahar

il-qawl

tax-xahar

L-irħis għali.

Ixtri oġġett ta’ kwalità tajba u li jservi, għax tispiċċa tonfoq iżjed flus biex tibdel oġġett ta’ kwalità inferjuri li jinkiser mill-ewwel.