Bejn il-Qala u l-Milied erfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied.
Bejn il-festa tal-Kunċizzjoni tal-Qala u jum il-Milied, m'għandhiex titħalla għodda fir-raba'.
Konz ta’ Settembru jgħabbi bil-gziez, konz ta’ Diċembru hu wisq bil-qies.
Jinqabdu ħafna iżjed lampuki f’Settembru milli f’Diċembru.
F’Diċembru jkissru u jxellfu qabel iċemplu.
Il-bdiewa jieħdu ħsieb iż-żebbuġ f’Diċembru.
F’Diċembru fis-sala jidħol membru.
Diċembru l-aħħar membru li jingħaqad mal-membri (ix-xhur) l-oħra biex b’hekk tingħalaq is-sena.
Fil-Milied, iż-żiemel ħdejn il-ġamra jsaħħan wirkih.
Dari ż-żwiemel kien ikollhom l-istalla msaħħna. Wirkih tfisser koxxtu.
Fil-Milied nieklu tliet darbiet.
Dari kienu jsumu lejliet il-Milied, u b’hekk l-għada kulħadd kien ipattilu bil-kbir.
F’San Martin inkissru l-lewż, fil-Milied naqsmuh.
F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba.
Fil-Milied il-lewż naqsmuh mal-bews.
F’San Martin nieklu l-lewż, u fil-Milied naqsmuh mal-oħrajn bi mħabba.