Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b’saħħitna u x-xogħol isir iżjed malajr. Bokra ġejja minn bakkar, tqum kmieni.
Min jaħdem jiekol sardina u min ma jaħdimx jiekol gallina.
Min irid igawdi jeħtieġ l-ewwel ibati.
Biex tgawdi trid taħdem u tistinka.
Bidu bil-għawġ tmiem ħażin.
Meta biċċa xogħol tibda ħażin kollox jibqa' sejjer ħażin.
Ix-xogħol tar-ras iebes.
Ix-xogħol mentali huwa itqal mix-xogħol manwali.
Min hu għajjien jistrieħ.
Min għejjieh ix-xogħol jistrieħ u jiddeverti sabiex ikollu s-saħħa jkompli wara.
Kulħadd xogħlu jogħġbu.
Kulħadd jara tiegħu tajjeb u ta' ħaddieħor ħażin, anke fix-xogħol.
Min jaħdem jaħġem.
Min jagħmel xogħol diffiċli fiżikament jeħtieġ jiekol sew. Jaħġem tfisser jibla' (l-ikel).
Bewla bla bassa, torri bla għassa.
Kull aspett minn biċċa xogħol għandu jsir tajjeb.
Kisra tal-art ħelwa u tal-baħar morra.
Ix-xogħol ta' fuq il-baħar huwa ferm iżjed diffiċli mix-xogħol fuq l-art. Kisra tirreferi għal kisra ħobż.
Kull mibdi mitmum.
Biex tispiċċa biċċa xogħol trid tibdieha.
Imsejken ta’ bennej jibni ġebla u jħott tnejn.
Jekk ma tkunx kapaċi f'xogħlok, rigress tagħmel mhux progress.
Il-maħbeż meta tmissu jaqbeż.
Qis li tlesti x-xogħol li għandek bħalissa qabel ma tibda xogħol ieħor. Maħbeż huwa forn tal-ħobż.
Kulħadd igerger minn xogħlu.
Kulħadd isib id-difetti fix-xogħol li jagħmel.
Min jagħmel il-fuħħar iqiegħed widnejn il-borma fejn jidhirlu l-aħjar.
Min hu tas-sengħa jkun jinqala' f'xogħlu u jkun jaf kif imorru l-affarijiet.
Min jitrabba fl-għażż jitbiżżel fil-ħjieġ.
Min hu għażżien xorta waħda jiġi bżonn (= il-ħjieġ) il-flus u jkollu jaħdem (= jitbiżżel) bħal ħaddieħor.
Min irid il-lillu jishar.
Biex tgawdi trid taħdem, tistinka u tieħu paċenzja. Jishar tfisser jaħdem overtime.
Min jidra l-qgħad, jidra l-għażż.
Mix kielu l-għażż u dara jgħix minn fuq dahar ħaddieħor, ma jkunx irid jaħdem u jbati.
Għal melħa ma jħallix il-borma ħelwa.
Għal naqra, agħmel ix-xogħol sew.
Jekk min jinseġ iżomm il-miċċa, jitwi l-biċċa.
Meta tishar (= taħdem overtime) taqla' iżjed flus. Miċċa hija ftila.
L-għażżien xogħlu tqil.
L-għażżien ma jtajjarx xogħol.
Ħiss il-miss ġejt, ħiss il-miss mur.
Agħmel xogħlok bil-galbu u l-affarijiet imorru sew.