F’San Martin tasal fi tmiemha l-passa tas-summien. San Martin jiġi fil-11 ta’ Novembru.
F’San Ġwann tidħol l-għassa.
F’San Ġwann tispiċċa r-rebbiegħa u jibda s-sajf. San Ġwann jiġi fl-24 ta’ Ġunju.
Kategoriji: Ġunju | il-festi | il-meteoroloġija | it-tradizzjoni | ix-xhur | l-istaġuni
Qwiel relatati
Ix-xita f’San Mark nar fl-art.
Ix-xita lejn l-aħħar ta' April ma tagħmilx ġid lir-raba'. San Mark jiġi fil-25 ta' April.
Jekk tagħmel ix-xita f’Santa Bibjana, iddum tagħmel xita erbgħin ġurnata.
Jekk lejn il-bidu ta' Diċembru tagħmel ix-xita, din tibqa' tagħmel għal erbgħin jum. Santa Bibjana tiġi fit-2 ta' Diċembru.
Għal San Luqa fiż-żara’ tistaħba għattuqa.
Jekk l-għattuqa jirnexxilha tistaħba wara l-qamħ, mela jkun kiber sew. San Luqa jiġi fit-18 ta’ Ottubru.
Jekk tagħmel ix-xita f’tar-Rużarju filgħodu tkun bikrija, jekk waranofsinhar tkun imwaħħra.
Meta x-xita tiġi fl-ewwel Ħadd ta' Ottubru, jekk ikun filgħodu tagħmel ix-xita kmieni fl-istaġun u jekk filgħaxija tagħmel ix-xita tard fl-istaġun. Il-Madonna tar-Rużarju tiġi fis-7 ta' Ottubru.
Iż-żara’ f’ta’ Katrini jrodd it-tgħam bla fini.
Il-ful għandu jinżara’ fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru biex irendi. Santa Katerina tiġi fil-25 ta’ Novembru.
