Mal‑ewwel berqa n‑nannu jofqos il‑miżwed u n‑nanna tlesti l‑imserka.
Meta dari kienet tibda d‑dieħla l‑ħarifa, il‑bdiewa kienu jaħsbulu biex jiżirgħu l‑ful u l‑ħajjata kienu jibdew jinsġu. Il‑miżwed jirreferi għall‑qoxra tal‑ful u l‑imserka tirreferi għal parti mill‑makkinarju tal‑insiġ.