Ara li tkun tiflaħ għall-ispiża li tkun dieħel fiha; b’mod ġenerali, ara li dak li tkun ser tagħmel tassew kapaċi għalih.
Kategorija: il-ħjata
Mal-ewwel berqa n-nannu jofqos il-miżwed u n-nanna tlesti l-imserka.
Meta dari kienet tibda d-dieħla l-ħarifa, il-bdiewa kienu jaħsbulu biex jiżirgħu l-ful u l-ħajjata kienu jibdew jinsġu. Il-miżwed jirreferi għall-qoxra tal-ful u l-imserka tirreferi għal parti mill-makkinarju tal-insiġ.
Labra f’dar l-għaref aħjar mid-deheb.
Dari, min kien jaf iħit kien jiffranka flus mhux ħażin.
Il-labra fiha l-ġabra.
Dari min kien jaf iħit kellu xorti, għax kien ilibbes il-familja mingħajr ma jonfoq ħafna flus.
Il-ħajjat qalzietu mraqqa’.
Min joffri servizz tajjeb lil ħaddieħor jispiċċa joffri l-istess servizz ħażin lilu nnifsu.
Aħxen il-komma mid-driegħ, jekklile huwa u dieħel jaqsamha.
Jekk il-komma tkun iżgħar mid-driegħ, id-driegħ ma jidħolx. Bl-istess mod, għandek tadatta skont is-sitwazzjoni.
Awwissu tal-ħajjata l-iswed.
F’Awwissu ma jkunx hemm daqstant domanda għall-ħwejjeġ, u l-ħajjata jonqsilhom ix-xogħol.
Lulju l-ħajjatin jibdew jaqilgħu xi karlin.
F’Lulju jkun hemm iżjed domanda għall-ilbies tal-okkażjoni, u b’hekk il-ħajjata jkollhom iżjed xogħol. Karlin huwa munita antika li m’għadhiex tintuża.