Min jerfa’ sorrtu mhux pastaż.
Min jagħmel xogħlu u jieħu ħsieb l‑affarijiet tiegħu m'għandux għalfejn iħossu skomdu jew jistħi. Fl‑imgħoddi, il‑pastaż kien reffiegħ li jdur mat‑toroq jiffitta lin‑nies biex għal ftit soldi jġorrilhom sad‑dar il‑qfief u tagħbijiet oħra. Il‑pastaż kien bla manjieri, żorr u injorant.