Min jerfa’ qofftu mhux pastaż.

Min jagħmel xogħlu u jieħu ħsieb l-affarijiet tiegħu m'għandux għalfejn iħossu skomdu jew jistħi. Fl-imgħoddi, il-pastaż kien reffiegħ li jdur mat-toroq jiffitta lin-nies biex għal ftit soldi jġorrilhom sad-dar il-qfief u tagħbijiet oħra. Il-pastaż kien bla manjieri, żorr u injorant.

    Il-qawwa sa ma tibda.

    Qabel tibda biċċa xogħol issibha bi tqila, iżda malli tibda tiġi l-enerġija biex tkompli.

    L-ewwel terz għali.

    Meta tibda biċċa xogħol, l-ewwel ftit dejjem jinħass diffiċli sakemm tikkarga.

    Pin It on Pinterest