Darba fit-tant tmiss lill-Papa.It-tajjeb u l-ħażin xi darba lil kulħadd jiġru, anke lin-nies importanti.
Ilbieraħ kilt tiġieġa, illum bajda mgħollija u għada nixrob l-ilma tal-lissija.Ix-xorti taf tkun kattiva ħafna, għax filli tidħaqlek u filli ttik bis-sieq. L-ilma tal-lissija huwa l-ilma tal-ħasil.