Kulħadd jiddefendi lilu nnifsu meta jħossu attakkat. Il-far tfisser l-għadu.
Min jitwieled fuq il-ward imut fuq ix-xewk.
Iż-żgħir dejjem minn taħt.
Dawk li m'għandhomx setgħa jkollhom joqogħdu għal min ikun fuqhom.
Min jiflaħ iħawwel.
Min għandu iżjed saħħa jew awtorità minnek, ma jaqbillekx ikollok xi tgħid miegħu.
B’laqxa waħda ma ssajjarx.
Kultant biex timxi 'l quddiem ftit għajnuna mhix biżżejjed.
Kull qabil għal qabilu.
Kulħadd ifittex lil min ikun jixbhu: fil-karattru, fl-età, fil-klassi soċjali, eċċ. Qabil tfisser speċi (species).
La kull tina, tina. La kull qargħa, qargħa.
Kulħadd differenti fid-dinja.
Meta jilħaq il-fqir, agħmillu rixa ħalli jtir.
Meta xi ħadd li jkun ġej minn ambjent ta' faqar jilħaq, jitkabbar u jxammar imnieħru.
Il-musmar imsaddad irqiq u jagħmel ħoss.
In-nies ta' klassi baxxa u bla manjieri ma jiswew xejn imma jagħmlu ħafna storbju biex jidhru.
Dak li hu fil-għoli ma jsirx mingħajr il-baxx.
Dawk li qegħdin f'pożizzjoni għolja għandhom bżonn lil dawk f'pożizzjoni baxxa biex l-affarijiet jirnexxu.
Kulħadd merqtu u ftietu.
Agħti kas l-affarijiet tiegħek u ħallik minn ta' ħaddieħor.
Ir-rigali jagħmu l-għajnejn.
Ir-rigali jingħataw biex dak li jkun jagħlaq għajnejh għall-abbużi.
Kulħadd fis-setgħa tiegħu.
Kulħadd għandu limitu sa fejn jista' jasal, skont kemm għandu poter fis-soċjetà.
L-għaqda ġġib is-saħħa.
Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b'saħħitna u jkun iżjed diffiċli tegħlibna.
Ħadd għadu ma twieled bil-ħwejjeġ.
Ħadd ma twieled speċjali iżjed minn ħaddieħor.
Kul għal qalbek u imxi għal għajn in-nies.
Waħdek agħmel li trid, iżda man-nies imxi mal-kurrent.
Fejn il-bosta, xammar u aħrab.
Irid ikollok biżżejjed kuraġġ biex taffronta sitwazzjonijiet diffiċli, bħal meta trid tgħaddi minn folla nies irossu.
Kull par għal paru.
Kulħadd ifittex lil min ikun jixbhu: fil-karattru, fl-età, fil-klassi soċjali, eċċ.
Jekk tiżżewweġ aħjar tieħu bidwi, gabillott jew biċċier milli ferħ ta’ kavallier.
Aħjar issib lil xi ħadd li ġej minn ambjent umli minn privileġġat.
M’hemmx żiemel li jiġri wisq u ma sabx ieħor li għaddieh.
Dejjem ser issib xi ħadd aqwa minnek, tajjeb kemm inti tajjeb.
Dejjem sebaħ bla serduq.
Ħadd mhu daqshekk importanti fid-dinja li ma jistax jeħodlu postu ħaddieħor.
Fil-għaqda s-saħħa.
Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b'saħħitna u jkun iżjed diffiċli tegħlibna.