Dari kienu jinżlu fil-kantina biex jaħarbu mir-riħ isfel ta’ Settembru.
F’Tal-Vitorja l-baħar jitla’ fl-għolja.
Il-baħar jibda jitqawwa fil-Vitorja, li tiġi fit-8 ta’ Settembru.
Kategoriji: il-festi | il-maltemp | il-meteoroloġija | it-tradizzjoni | ix-xhur | Settembru
Qwiel relatati
Xita f’Settembru meraq tajjeb f’Novembru.
Ix-xita ta’ Settembru tħaxxen il-frott f’Novembru.
Ir-rimi tal-berwieq u t-tewm safi f’werqu.
Il-berwieq (Asphodelus ramosus) u t-tewm tarahom jinbtu f'Marzu u jilħqu f'Settembru.
Dak li jagħqad sa San Mikiel jidħol fil-miżien.
Dak li jinħasad sal-aħħar ta' Settembru (eż. l-patata) tajjeb ukoll u tista' tbigħu.
Jekk il-qamar ta’ Settembru jimla bix-Xlokk, jagħmel ix-Xlokk seba’ xhur fis-sena.
Jekk f’Settembru jkun qamar kwinta bir-riħ mix-Xlokk, jibqa’ jagħmel riħ mix-Xlokk seba’ xhur wara.
Konz ta’ Settembru jgħabbi bil-gziez, konz ta’ Diċembru hu wisq bil-qies.
Jinqabdu ħafna iżjed lampuki f’Settembru milli f’Diċembru.
