il‑biedja | ix‑xhur | l‑annimali | Marzu | Novembru
Meta tisma’ l‑bukagħwar jgħajjat, saffar lis‑summiena.
Is‑summien ipassi minn Marzi sal‑bidu ta' Novembru, żmien li fih tisma' wkoll ħoss il‑bukagħwar. Il‑bukagħwar (jew nannu karwat, jew anke skarabew) huwa tip ta’ ħanfusa (Atheucus sacer) li tirrombla l‑ħmieġ tal‑art (kagħwar) biex fih tbid il‑bajd.