Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Qartsu tfisser geżwru.
Meta l-fula tnawwar, il-bergħuda tfawwar.
F'Marzu l-ful jibda jagħmel il-fjuri (= inawwar) u l-briegħed joktor.
Kategoriji: il-fjuri | ix-xhur | l-annimali | Marzu
Qwiel relatati
Meta Marzu jitniġġes, sena ħażina.
Meta l-frott u l-ħaxix jibdew jitħassru f'Marzu, dan ifisser li tkun ġejja sena ħażina.
F’Marzu, kull għasfur ifittex ʼil martu.
L-għasafar jibdew jitgħammru f’Marzu.
Meta l-farfett jittajjar, l-uċuħ jaqżbu kollha nwajjar.
Fl-aħħar ta' Marzu, ix-xitwa tasal fi tmiemha u tibda r-rebbiegħa. Nwajjar huwa d-diminuttiv plural ta' nwara, li tfisser fjura.
Marzu l-fart iħossu f’qarnu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Il-fart jirreferi għall-annimali bovini.
Marzu t-twil ġieb l-ixkora tal-qamħ.
It-tħejjijiet għall-ħsad tal-qamħ isiru f’Marzu.
