F’Ġunju l-bdiewa u s-sajjieda jibdew jaqilgħu l-flus mill-prodott tagħhom.
Ġunju xahar tad-dris u fis-sodda tħoss il-qris.
F’Ġunju jsir id-dris, iżda huwa wkoll żmien il-briegħed.
Kategoriji: Ġunju | il-biedja | ix-xhur | l-annimali
Qwiel relatati
Ġunju jdewwaqna l-frott.
F’Ġunju jilħaq il-frott.
F’Ġunju bdiewa għarqana u wċuħ daħqana.
F’Ġunju l-bdiewa jkollhom ix-xogħol, imma jkunu kuntenti.
Meta tisma’ l-qerd in-naħal, erfa’ x-xbiek u mur lejn ir-raħal.
Il-qerd in-naħal (għasfur tal-ispeċi Merops apiaster) tarah f'Ġunju, u dan ikun ifisser li l-istaġun tal-kaċċa jkun spiċċa.
Ġunju Ġunjett ineħħi l-qmis u d-dublett.
F’Ġunju ntajru l-ħwejjeġ minn fuqna.
Ġunju kbir, rasu ras il-ħmir.
Ġunju għandu rasu iebsa (bħall-ħmar) għax sħana biss jagħmel.
