Tagħmel ħafna xita fi Frar.
Mal-Gandlora stilel fora, l-ajru jtella’ imma jiċċara.
Fil-bidu ta' Frar, daqqa jkun temp ikrah u daqqa jkun bnazzi. Stilel fora tfisser li l-istilel jidhru ċari. Il-Gandlora tiġi fit-2 ta' Frar.
Kategoriji: Frar | il-festi | il-maltemp | il-meteoroloġija | it-tradizzjoni | ix-xhur
Qwiel relatati
Meta Frar ikollu s-slejjef, il-bidwi jmur joqgħod mal-ġwejjef.
Meta tinzerta sena biżestili (= sena bi 366 jum), ix-xogħol tal-għalqa ma jirnexxix. Is-slejjef għaliex Frar jislef ġurnata.
Ja xbat ħabbat, ma mejjilthiex il-għaduma u qtilthiex il-għaġuża.
Fi Frar ġieli jinzerta ma tagħmilx xita. Xbat huwa isem ieħor għal Frar li nsibuh f'dan il-qawl biss. Għaduma hija kolonna u għaġuża hija mara xiħa.
F’Jannar u Frar, l-ixkubetta ħalliha d-dar.
Il-kaċċa tieqaf f’Jannar u Frar.
Fi Frar it-tin bajtar isir daqs widnejn il-far.
It-tin ikun għadu wisq żgħir fi Frar.
Fi Frar il-kaboċċi tiha ’l-ħmar.
Il-kaboċċi mhumiex tajbin għall-ikel fi Frar.
