Jekk se tagħmel xi ħaġa, onfoq il-flus u agħmilha sew inkella tagħmel xejn.
Is-sinjur imutulu t-tfal u l-fqir imutlu l-ħmar.
Dari min ma kellux flus u kien imutlu l-ħmar, kienet xi ħaġa kbira - daqslikieku mietlu tifel. Normalment, is-sinjuri kienu jmutulhom it-tfal.
Kategoriji: il-flus | it-tfal | l-annimali
